L-Istejjer tal-Istorja
L-Istejjer tal-Istorja huwa proġett edukattiv u divertenti biex it-tfal, u mhux it-tfal biss, isiru jafu u jħobbu aktar l-istorja ta’ artna. L-istejjer, li fihom dejjem jidħlu karattri ta’ tfal, jeħduna minn żmien il-ħaġar għal meta Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea. Dan hu wkoll proġett awdjo għax l-istess awtur, Ġorġ Peresso, flimkien ma’ Ivan De Battista, jirrakkuntaw l-istejjer li jkun hemm f’kull ktieb. Is- CD, b’mużika komposta apposta, tinsab mal-ktieb. Fl-ewwel ktieb għandna erba’ stejjer, tnejn ta’ żmien il-ħaġar u t-tnejn l-oħra jittrattaw il-perjodu ta’ żmien ir-Rumani, b’riferenza għal meta l-gżejjer tagħna kienu taħt il-Ħakma tal-Feniċi. U fuq kollox il-wasla ta’ San Pawl fostna.