top back top

Imħabba Buffa

Il-kliem isawru rakkont, iżda inqas ma jkun hemm minnhom aktar ir-rakkont iqanqal fantażija. Aqra u ndiehes mal-karattri ta' xjuħ u żgħażagħ, nisa u rġiel, ma dak li hu mistħajjel u dak li taħseb li ġara; forsi lilek! Ma' dak li hu ħrafa u dak li hu minnu. U staqsi: "Il-għala t-tfajla bil-beritta ċiniża kienet iżżommha dejjem fuq rasha? X'kien fih il pjan ċ? X'rabta kien hemm bejn il-kaċċatur u t-tjur ibbalzmati? Liema riħa jew tifkira ġibdet lir-raġel tal-ġnien? Għax l-armel daħħal f'soddtu lill-mara Afrikana? Jew lill-mara bil-basket kbir? Jew tħabbeb ma' poster? Min kienet il-mara tal-inkwatru li ġennet lit-tifel qiegħed jikber? Fejn imur il-gawwi meta jħalli x-xatt? X'kien hemm fl-aħħar sular? U għaliex storja għandha aktar minn tmiem wieħed? Għaliex Imħabba Buffa?"
Il-kiteb jiġbor fih ukoll ir-rumanz qasir Storja Stramba ta' Nekroloġju li l-awtur qara fuq Radju Malta.

product tetx
bottom