top back top

Meta l-Ħarifa Tiskot

Donnha l-ħajja kienet staġun wieħed: il-Ħarifa.

L-istaġun tal-kontradizzjonijiet. Tal-larinġ qares u bnin. Tar-rummien u l-għeneb senswali. Tat-tifkiriet, qarsa, bnina u senswali.
X'seħer kellha l-ħarifa fuq dik il-mara tad-dar antika, nadifa imma stramba? Għaliex waqtiet minn ħajjitha kienu jieħdu sura qalila u senswali f'dan l-istaġun? U min kien il-maħbub ġdid? Maħbub ieħor tal-ħarifa, li jgħib bħala tifkira kif jgħib dan l-istaġun? Kif ġew u għebu oħrajn, iż-żagħżugħ imqareb, ir-ragel miżżewweg, il-qassis ifittex il-vera vokazzjoni tiegħu, il-pjanista jew il-pittur? U x'sejħa kellu l-ġnien taċ-ċitru li minnu qatt ma kienet taqta' frott?
Ġorġ Peresso, bit-tielet rumanz tiegħu, Meta l-Ħarifa Tiskot, fejn kull kelma u rakkont jinsġu misteru iżda fuq kollox ifittxu tweġiba għas-sehem tal-ħolm u l-mit biex nifhmu dak li jsawwarna.

product tetx
bottom